Ce site utilise des cookies. En savoir plus. ×

Informazzjoni għall-applikanti

Proċedura quddiem il-QEDB

Skont il-każ, l-applikazzjonijiet jiġu allokati lil waħda mill-formazzjonijiet ġudizzjarji tal-Qorti, jiġifieri:

  • imħallef uniku
  • Kumitat
  • jew Kamra

Proċessar ta' każijiet quddiem il-Qorti (verżjoni bl-Ingliż)

L-applikazzjoni tiegħi lill-Qorti

L-Istat tal-Proċedimenti

Il-magna tat-tfittxija SOP (State of Proceedings / L-Istat tal-Proċedimenti) tippermetti lil kulħadd isir jaf f’liema stadju proċedurali tinsab applikazzjoni.

Fittex każ

Il-proċedura wara l-komunikazzjoni

Il-komunikazzjoni hi n-notifika tal-applikazzjoni lill-Gvern konvenut.

Jista jkun li l-proċedura issir f'żewġ fażijiet konsekuttivi. Matul il-fażi mhux kontenzjuża il-partijiet huma mistiedna jesploraw il-possibbiltajiet għal ftehim bonarju fi żmien 12-il ġimgħa. Jekk ma jilħqux ftehim, tibda il-fażi kontenzjuża li fiha l-partijiet jagħmlu skambju tal-osservazzjonijiet tagħhom.

Proċedura wara l-komunikazzjoni ta’ applikazzjoni – fażi mhux kontenzjuża

Proċedura wara l-komunikazzjoni ta’ applikazzjoni – fażi kontenzjuża

Il-proċedura tista’ tkkonsisti wkoll f’fażi waħda jekk ma jkunx xieraq li tiġi maqsuma. F’dan il każ il-possibbiltà li jintlaħaq ftehim bonarju u l-iskambju tal-osservazzjonijiet jiġu indirizzati fl-istess ħin.

Proċedura wara l-komunikazzjoni ta’ applikazzjoni - fażi waħda

Video dwar il-proċedura mhux kontenzjuża

eComms - Komunikazzjoni mal-Qorti

eComms hi għodda li tippermetti lir-rappreżentanti tal-applikanti jikkomunikaw mal-Qorti b’mod elettroniku. Dan il-metodu biex tibgħat u tirċievi dokumenti elettroniċi jista’ jiġi stabbilit fuq inizjattiva tal-Qorti fl-istadju proċedurali tal-komunikazzjoni biss, jiġifieri meta l-applikazzjoni tiġi kkomunikata lill-Gvern ikkonċernat.

eComms
Vidjow