Informations en maltais

Human Rights Building

Kif tagħmel applikazzjoni valida

Jekk tiddeċiedi tippreżenta applikazzjoni quddiem il-Qorti, jekk jogħġbok kun ċert li l-applikazzjoni tiegħek tikkonforma mar-Regola 47 tar-Regoli tal-Qorti li tistipula l-informazzjoni u d-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati.

Jekk tonqos milli tipprovdi kwalunkwe informazzjoni jew dokumenti meħtieġa skont ir-Regola 47 §§ 1 u 2 l-ilmenti ma jiġux eżaminati mill-Qorti. Hu obbligatorju li l-oqsma kollha tal-applikazzjoni jiġu mimlija.

Regola 47 Il-bidu tal-proċeduri (verżjoni bl-Franċiż)

Applikazzjoni valida tiġi eżaminata mill-Qorti, iżda dan ma jfissirx li l-applikazzjoni ser tiġi ddikjarata ammissibbli.

Kif tippreżenta applikazzjoni

Niżżel l-formola, imliha, ipprintjaha u ibgħatha bil-posta flimkien mad-dokumenti meħtieġa. Ma għandek tuża l-ebda formola oħra.

Formoli

L-Istat tal-Proċedimenti

Il-magna tat-tfittxija SOP (State of Proceedings / L-Istat tal-Proċedimenti) tippermetti lil kulħadd isir jaf f’liema stadju proċedurali tinsab applikazzjoni.

Fittex każ

Dokumenti Utli

L-applikazzjoni tiegħek lill-QEDB

Ma requête à la CEDH (small)

Dan il-fuljett jiddeskrivi l-istadji varji tal-proċedura li permezz tagħha l-Qorti teżamina l-applikazzjonijiet. L-għan tiegħu hu li jirrispondi l-mistoqsijiet ewlenin tal-applikanti, speċjalment meta l-applikazzjoni tagħhom tkun diġà intbagħtet lill-Qorti.

 

 

L-applikazzjoni tiegħek lill-QEDB – Kif tapplika u kif l-applikazzjoni tiegħek ser tiġi pproċessata

Mistoqsijiet u Tweġibiet

Il-Mistoqsijiet u Tweġibiet jipprovdu informazzjoni lill-applikanti futuri.

 

 

Mistoqsijiet u Tweġibiet

Flow chart

Din il-flow chart tindika l-progress ta’ każ skont il-formazzjoni ġudizzjarja.

Flow chart issimplifikata tal-ipproċessar tal-każijiet quddiem il-Qorti (verżjoni bl-Franċiż)

Lingwi oħra

Gwida dwar l-ammissibilità

Il-Gwida Prattika dwar il-Kriterji ta’ Ammissibilità hi intiża biex tgħin lill-avukati li jixtiequ jippreżentaw każ quddiem il-Qorti. Din tiddeskrivi l-kundizzjonijiet ta’ ammissibiltà li applikazzjoni għandha tissodisfa.

Il-Gwida Prattika dwar il-Kriterji ta’ Ammissibiltà (verżjoni bl-Franċiż)

Vidjow dwar kif tippreżenta applikazzjoni

Vidéo sur l'introduction d'une requête

Dan il-vidjow jispjega kif għandek timla l-formola ta’ applikazzjoni biex din tiġi eżaminata mill-Qorti. Jekk jogħġbok kun af li għalkemm il-vidjow jirrifletti korrettament il-punti ewlenin biex tippreżenta applikazzjoni, ċerta informazzjoni trid tiġi aġġornata skont l-aħħar dokumenti ta’ referenza.

Vidjow “Kif tippreżenta applikazzjoni valida”

Noti għall-mili tal-applikazzjoni (verżjoni bl-Franċiż)

COURTalk - disCOURs

Il-vidjow ta’ 15-il minuta jagħti lill-imħalfin, avukati u professjonisti legali oħra kif ukoll lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, stampa ġenerali tal-kriterji ta’ ammissibilità li l-applikazzjonijiet kollha jridu jissoddisfaw biex jiġu eżaminati mill-Qorti.

 

Vidjow

Vidjow dwar il-kundizzjonijiet ta’ ammissibilità

Recevabilité - FRA

Dan il-vidjow jispjega l-kundizzjonijiet ewlenin meħtieġa biex tippreżenta applikazzjoni quddiem il-Qorti.

Vidjow dwar il-kundizzjonijiet ta’ ammissibilità

Miżuri temporanji

X’hinuma miżuri temporanji?

Meta l-Qorti tirċievi applikazzjoni tista’ tiddeċiedi li Stat għandu jieħu ċertu miżuri proviżorji sakemm hi tkompli bl-eżaminazzjoni tal-każ. Normalment dan jikkonsisti f’talba lill-Istat biex iżomm lura milli jagħmel xi ħaġa, per eżempju li ma jirritornax individwi f’pajjiżi fejn hu allegat li jistgħu jiffaċċjaw mewt jew tortura.

Talbiet għal miżuri temporanji (verżjoni bl-Franċiż)

Preżentazzjoni ġenerali (verżjoni bl-Franċiż)

Informazzjoni prattika

Miżuri temporanji huma mogħtija mill-Qorti biss f’sitwazzjonijiet ben definiti, jiġifieri fejn hemm riskju ta’ ksur serju tal-Konvenzjoni.

Ammont kbir ta’ talbiet għal miżuri temporanji mhumiex f’lokhom, għalhekk dawn jiġu miċħuda.