Kif tippreżenta applikazzjoni

Formola ta’ applikazzjoni

Kif tniżżel il-formola ta’ applikazzjoni

Formola ta’ applikazzjoni

Il-formola taħdem tajjeb biss bl-Adobe Reader 9 jew b’verżjoni iktar reċenti u bis-sistemi operattivi ta’ Windows u MAC OS X. Jekk jogħġbok kun ċert li għandek l-Adobe Reader installat fuq il-komputer (tistà tniżżlu minn www.adobe.com).

1. Issejvja kopja tal-formola

  • Right-click fuq il-link jew l-icon ta’ hawn fuq
  • Għażel bejn “Save target as”, “Save Link As” jew “Download Linked File As…”
  • Issejvja l-formola fuq il-komputer fejn tixtieq.

2. Imla l-formola

  • Sib il-kopja issejvjata tal-formola u iftaħha bl-Adobe Reader.
  • Imla l-formola u issejvjaha.
  • Meta tkun imlejt il-formola għandek tipprintjaha, tiffirmaha u tibgħatha bil-posta lill-Qorti.

Kif tibgħat l-applikazzjoni

Applikazzjonijiet lill-Qorti għandhom jintbagħtu bil-posta f’dan l-indirizz :

The Registrar
European Court of Human Rights
Council of Europe
F-67075 Strasbourg cedex


Jekk jogħġbok kun af li t-terminu ta’ sitt xhur ma jiġix interrott jekk tibgħat l-applikazzjoni bil-fax.

Kif timla l-formola ta’ applikazzjoni

Jekk il-fajl tiegħek mhux komplut mhux ser jiġi eżaminat mill-Qorti, għalhekk hu essenzjali li timla kull parti tal-applikazzjoni bir-reqqa.

Noti għall-mili tal-applikazzjoni

Żbalji komuni

Applikazzjonijiet miġbura flimkien

Fejn ikun hemm aktar minn ħames applikanti, ir-rappreżentant għandu jipprovdi, minbarra l-applikazzjonijiet u d-dokumenti, tabella li tipprovdi d-dettalji ta’ identifikazzjoni għal kull applikant.

Addendum - Applikazzjonijiet miġbura flimkien u applikanti multipli

Formola ta’ prokura

Kif tniżżel il-formola ta’ prokura

Formola ta’ prokura

Il-formola taħdem tajjeb biss bl-Adobe Reader 9 jew b’verżjoni iktar reċenti u bis-sistemi operattivi ta’ Windows u MAC OS X. Jekk jogħġbok kun ċert li għandek l-Adobe Reader installat fuq il-komputer (tistà tniżżlu minn www.adobe.com).

1. Issejvja kopja tal-formola

  • Right-click fuq il-link jew l-icon ta’ hawn fuq
  • Għażel bejn “Save target as”, “Save Link As” jew “Download Linked File As…”
  • Issejvja l-formola fuq il-komputer fejn tixtieq.

2. Imla l-formola

  • Sib il-kopja issejvjata tal-formola u iftaħha bl-Adobe Reader.
  • Imla l-formola u issejvjaha.
  • Meta tkun imlejt il-formola għandek tipprintjaha, tiffirmaha u tibgħatha bil-posta lill-Qorti.

Meta għandha tintuża l-formola ta’ prokura

Din il-formola ta’ prokura għandha tiġi użata biss jekk l-applikant ma kienx assistit minn rappreżentant meta l-applikazzjoni ġiet mimlija u ppreżentata quddiem il-Qorti, jew jekk l-applikant jixtieq ibiddel ir-rappreżentant li kien indika fl-applikazzjoni diġa ppreżentata quddiem il-Qorti.